Lokali

Imfakkra l-vittmi tal-gwerra

74 sena ilu pajjiżna ngħata l-George Cross mir-Re Ġorġ VI tar-Renju Unit b’rikonoxximent għall-qlubija li wrew il-Maltin, deskritti mir-re bħala eroj u devoti biex jiddefendu lil Malta.

Kull sena, biex jitfakkar dan ir-rikonoxximent u tintwera qima lil 7,000 persuna li tilfu ħajjithom matul it-Tieni Gwerra f’Malta, il-George Cross Island Association torganizza ċerimonja ta’ tifkira taħt il-qanpiena tal-gwerra fil-Belt Valletta fil-preżenza tal-President ta’ Malta u awtoritajiet barranin, fosthom ambaxxaturi.

Tkellimna ma’ żewġ veterani li kienu preżenti għal din iċ-ċerimonja, l-ikbar tnejn filfatt, il-Maġġur Morris Agius li x-xahar id-dieħel jagħlaq 95 sena, u Walter Sullivan, li għandu 92 sena.

Il-monument twaqqaf fl-1992 fuq inizjattiva tal-George Cross Island Association biex jikkommemora l-għoti tal-George Cross lil Malta.

Iċ-Chairman tal-Assoċjazzjoni, Peter Robinson, jispjega li s-sinifikat ta’ din iċ-ċerimonja kommemorattiva fuq kollox hi biex il-ġenerazzjoni ta’ llum ma tinsiex dak li għaddew minnu missirijietna.