Ftit tal-ħin ilu: Il-GRTU qalet li tilqa’ t-tibdil fil-Gvern fil-pożizzjoni fuq l-Avviż Legali 103/2016 dwar is-sinjali tal-ħwienet u r-reklami wara pressjoni qawwija mill-GRTU.
Il-GRTU kienet immedjatament esprimiet tħassib serju tiegħu dwar il-ħruġ ta ‘din l-Avviż Legali li affettwat negozji b’mod negattiv fil-kategoriji kollha.
Il-GRTU jilqa’ li l-Gvern għaraf din id-difett maġġuri u impenjat pubblikament li jeżentaw sinjali minn din il-liġi. Il-GRTU issa qed jistenna li dan l-impenn jkun rifless immedjatament fil-liġi sabiex jiġi evitat aktar dannu lill-industrija.
Madankollu, il-liġi għadha tippreżenta problemi oħra li jeħtieġ li jitjiebu b’mod drastiku.
Il-GRTU għandu jirċievi wkoll rispons f’laqgħa li se ssir mal-membri tagħha għada. Il-GRTU qalet li se titella laqgħa mas-Segretarju Parlamentari l-Onor Deborah Schembri l-ġimgħa d-dieħla biex ikomplu jiddiksutu dawn il-punti.
Aktar kmieni: Il-GRTU temmen li l-Avviż Legali biex ineħħi l-billboards mit-toroq kien biss mossa klandestina. Hekk qalet fi stqarrija li fiha sostniet illi dan l-Avviż Legali huwa inaċċettabbli u ddaħħal mingħajr ebda konsultazzjoni minn naħa tal-Gvern.
Din il-liġi se tkun qed tagħmel biss ħsara lin-negozjanti Maltin, u se jpoġġi piż addizzjonali ta’ €1,500 fis-sena fuq dawk kollha li jridu jirreklamaw.
Il-GRTU tinnota li seta’ kien hemm skop wara dan l-Avviż Legali, sabiex ikun hemm aktar ordni fejn jidħlu il-billboards fit-toroq. Iżda bil-manuvra tal-Gvern, se jintlaqtu mhux biss billboards fit-toroq iżda saħansitra kull struttura simili li tinsab f’propjeta’ privata.
“Aħna ixxukjati b’dan l-Avviż Legali”, issostni l-GRTU fl-istqarrija tagħha. Dan għaliex ir-regoli l-ġodda jistgħu saħansitra jiġu interpretati anke għat-tabelli mal-faċċati tal-ħwienet.
Din il-ġimgħa, uffiċjali tal-Awtorita’ tal-Ippjanar għamlu kuntatt ma’ diversi nies fin-negozju sabiex jgħidulhom illi jekk ma jimxux mal-Legal Notice il-ġdida se jkunu qed jeħlu multa li tista’ tlaħħaq il-€5,000.
“Il-mod kif iddaħħal dan l-Avviż Legali imur kontra l-prinċipju tat-trasparenza u l-konsultazzjoni”, issostni il-GRTU.
Huma jridu li din il-liġi tiġi revokata, l-istess kif qed jitlob il-PN illi fl-aħħar jiem ressaq Mandat ta’ Inibizzjoni quddiem il-Qorti. Deċiżjoni finali dwar dan il-Mandat se tittieħed fil-25 t’April.
B’risposta għal dak li qed issostni l-GRTU, l-Awtorita’ għall-Ippjanar fi stqarrija qalet li wara laqgħa li saret l-Erbgħa bejn is-Segretarju Parlamentari Deborah Schembri u l-Assoċjazzjoni li tirrpreżenta s-sidien tal-Billboards sar qbil sabiex l-Assoċjazzjoni tgħaddi l-proposti tagħhom dwar iż-żmien stipulat li fih il-membri tal-Assoċjazzjoni jneħħu b’mod volontarju l-billboards illegali.
Fl-isqarrija tal-Awtorita’ għall-Ippjanar qalet wkoll li saret anke laqgħa mal-Kamra tal-Kummerċ li qed taqbel ma’ dan l-avviz legali minkejja li pproponiet suġġerimenti biex l-avviz legali ma jkunx ta’ detriment għas-sidien.
L-Awtorita’ għall-Ippjanar qalet wkoll li jekk il-GRTU riedet tirrapreżenta lis-sidien kienet titlob għal laqgħa . Xi ħaġa li issa l-GRTU diġa’ talbet. L-Awtorita’ għall-Ippjanar qalet wkoll li ma ssib l-ebda problema li tiddiskuti l-avviz legali mal-GRTU bħal ma ddiskutietu mal-Assoċjazzjoni tas-sidien tal-Billboards u mal-Kamra tal-kummerċ.
//= $special ?>