Lokali

Jason Azzopardi mhux ħati: “Sentenza favur il-libertà tal-espressjoni”

F’sentenza li ngħatat dalgħodu mill-Maġistrat Joe Mifsud, is-Shadow Minister Jason Azzopardi ma nstabx ħati dwar malafama fil-konfront ta’ Peter Paul Zammit l-eks-kummissarju tal-Pulizija.

Fl-ewwel kummenti tiegħu malli ħareġ mill-Qorti, Jason Azzopardi fisser ruħu sodisfatt għal din “is-sentenza importanti ħafna għal-liberta’ tal-espressjoni” u qal li l- t-tentattiv tal-Partit Laburista li jagħlaq ħalq l-Oppożizzjoni falla.

Is-sentenza turi b’mod ċar li dan il-każ qatt ma kellu jasal s’hawn, u jekk xejn kellu jkun f’livell differenti tal-ġustizzja li ma ġġorrx magħha piena ta’ ħabs. “Dan il-każ wera’ li għandna ġustizzja li tissalvagwardja l-Qorti u l-indipendenza tagħhom.”