Qorti

Jiċħad li spara fuq għasafar protetti u li kkaċċja waqt l-istaġun magħluq

Alfred Desira ta’ 65 sena minn Marsaskala, magħruf bħala Fredu l-Indjan, wieġeb mhux ħati meta lbieraħ tressaq il-Qorti akkużat li spara fuq żewġ għasafar protetti u li kien qed jikkaċċja waqt l-istaġun magħluq. Hu kien akkużat ukoll li sar reċidiv

Il-Qorti, preseduta mill-Maġistrat Aaron Bugeja, tat il-liberta’ proviżorja fuq depożitu ta’ €500 u garanzija personali ta’ €5,000

Il-Prosekuzzjoni tmexxiet mill-Ispettur Colin Sheldon, filwaqt li l-prokuratur legali Peter Paul Zammit deher għall-akkużat.