Internazzjonali

Jirriżenja l-Ministru tal-Industrija Spanjol minħabba rabtiet ma’ kumpaniji offshore

Il-Ministru tal-Industrija Spanjol Jose’ Manuel Soria rriżenja minħabba rabtiet li kellu ma kumpaniji ‘offshore’.

Din ir-riżenja saret jiem qabel Soria kellu jidher quddiem il-Parlament biex jispjega r-rabtiet ma’ kumpanija ‘offshore’ fil-Bahamas.

Hu kien qed jiċħad li kellu rabtiet, iżda f’dokumenti li ġew ‘leaked’ u li fihom dan il-Ministru kien identifikat bħala Direttur ta’ kumpanija.

Dwar din l-aħbar, il-Kap tal-Partit Nazzjonalista fakkar kif f’demokraziji normali, Ministru li jinqabdu f’ċirkostanzi bħal dawn, jirriżenjaw mill-kariga u anke mill-Parlament.

Madankollu, staqsa għaliex dan ma jiġrix f’Malta.