Fil-poloz li telgħu llum f’Nyon, saru magħrufa l-partiti tas-semifinali li minnhom jiġu deċiżi l-finalisti għal finali tat-28 ta’ Mejju f’San Siro.
It-tim Ingliż ta’ Manchester City li għadda għall-ewwel darba għas-semifinali tal-kompetizzjoni, telgħu biex jilagħbu kontra l-ġganti Spanjoli Real Madrid rebbieħa tal-UEFA Champions League għal rekord ta’ għaxar darbiet. Fit-tieni semifinali Atletico Madrid se jibdew l-ewwel leg f’darhom kontra l-Ġermaniżi ta’ Bayern Munich.
L-ewwel legs tas-semifinali se jintlagħbu fis-26 u s-27 ta’ April filwaqt li l-partiti ta’ ritorn jintlagħbu l-ġimgħa ta’ wara.
//= $special ?>