Il-Goalkeeper Justin Haber se jitressaq taħt arrest f’seduta oħra fit-13 ta’ Ġunju li ġej. Il-Goalkeeper ta’ Hibernians u tat-tim Nazzjonali dalgħodu m’attendiex għal seduta quddiem il-Maġistrat Joe Mifsud akkużat li insulenta gwardjan lokali.
Il-Maġistrat Mifsud sab lil Haber ħati ta’ disprezz tal-Qorti u mmultah €250. Barraminhekk, inħareġ ukoll mandat ta’ arrest u għaldaqstant, Justin Haber se jkun skortat mill-Pulizija għas-seduta li jmiss.
//= $special ?>