Konrad Mizzi jista’ jkollu jidher quddiem il-PE

Il-Ministru Konrad Mizzi jista’ jkollu jidher quddiem il-Parlament Ewropew hekk kif twaqqaf kumitat speċjali ta’ inkjesta fuq ir-rivelazzjonijiet tal-Panama Papers.

Minbarra Konrad Mizzi, politiċi oħra, kumpaniji multinazzjonali u ċelebritajiet msemmija fl-iskandlu jistgħu jispiċċaw quddiem dan il-kumitat biex iwieġbu għal dan l-iskandlu. Il-kumitat twaqqaf bi qbil bejn il-mexxejja tal-gruppi politiċi kollha fil-Parlament Ewropew, flimkien mal-President tal-Parlament Ewropew Martin Schulz.

Konrad Mizzi hu l-uniku Ministru ta’ Stat Membru tal-Unjoni Ewropea li ssemma fil-Panama Papers. Dan il-kumitat għandu s-setgħa li jinvestiga allegat ksur ta’ liġijiet tal-UE u allegat każi ta’ amministrazzjoni ħażina.