Mat-tlett mitt student u studenta mill-iskola primarja ta’ Ħal Luqa flimkien mal-familji tagħhom inġabru fil-Park nazzjonali ta’ Ta’ Qali –Oak Tree Circle, fl-okkażjoni ta’ Jum l-Ambjent.
L-amministrazzjoni tal-iskola ħadet ħsieb ġurnata mimlija attivitajiet ambjentali bis-sehem tal-istudenti.
Fost dawn l-attivitajiet l-istudenti għamlu żjara fil-Petting Farm kif ukoll ħawlu Pjanta kull wieħed bħala parti mill-kampanja ‘Kabbar Siġra’.
Kull klassi tellgħet attivita’ ta’ Dinja Waħda, Bird Life. In-Nursery Football Club ta’ Ħal Luqa ta is-sehem tiegħu permezz t’attivitajiet sportivi.
L-iskop ta’ din il-ġurnata kien li titqajjem kuxjenza dwar l-ħarsien tal-ambjent u l-annimali. Il-Waste Serv, Green.Mt, l-HSBC bil-kampanja Sun & Drop Fun activity kif ukoll l-Animal Welfare kienu parti biex dawn l-attivitajiet setghu ikunu suċċess.
It-tfal membri tal-kumitat EkoSkola ħadu ħsieb li l-post jitħalla nadif wara l-attivita’.
//= $special ?>