Lokali Qorti Saħħa

Libertà kondizzjonata u 100 siegħa xogħol fil-komunita’ wara li nstabu ħati ta’ theddida ta’ bomba

Sandra Ellul, Tiziana Vella u Christine Spiteri, tliet cleaners fiċ-Ċentru tas-Saħħa tal-Furjana, instabu ħatja li b’ċajta heddew li hemm bomba fl-istess Ċentru tas-Saħħa. Il-każ kien seħħ f’Jannar 2015.

Il-Qorti, ippreseduta mill-Maġistrat Joe Mifsud, qalet li l-akkużati nstabu ħatja ta’ reat ta’ natura serja, avolja b’ċajta, għax ikkawżaw tbatija żejda lil pazjenti u lil membri tal-istaff ta’ Ċentru tas-Saħħa.

Sandra Ellul u Tiziana Vella kienu lliberati bil-kundizzjoni li ma jwettqux reat ieħor fi żmien sena, filwaqt li Christine Spiteri kienet ordnata tagħmel 100 siegħa xogħol fil-komunità.

Il-Prosekuzzjoni tmexxiet mill-Ispettur Priscilla Caruana Lee, filwaqt li l-akkużati kienu assistiti mill-Avukati Arthur Azzopardi, Franco Debono u Angie Muscat.