Minkejja li s-sentiment tal-poplu hu li l-Ministru Konrad Mizzi għandu jirriżenja, il-Prim Ministru Joseph Muscat qed jibqa’ ma jieħux azzjoni dwar l-iskandlu Panama Papers, bl-involviment ukoll taċ-Chief of Staff tiegħu Keith Schembri.
Iżda skont il-Ministru tal-Ġustizzja Owen Bonnici, hekk kif ikollu l-fatti quddiemu, Muscat se jieħu d-deċiżjonijiet … mhux marbutin biss mal-fatti, iżda wkoll fuq is-sentiment li hemm hemm barra (tan-nies).
Sadanittant, meta mistoqsi dwar kif issa ħareġ ċar li ċ-Chief of Staff tal-Prim Ministru ħeba t-Trust fi New Zealand mill-awtoritajiet Maltin, u qed jiffaċċja multa dwar ksur tal-Liġi tal-Income Tax, il-Ministru tal-Ġustizzja kien evasiv u qal li hemm il-Kummissarju tat-Taxxi Interni li jista’ jieħu r-rimedji.
Anke mistoqsi dwar jekk kienx ikeċċi lil Keith Schembri, li kieku kien Chief of Staff tiegħu, il-Ministru Owen Bonnici reġa’ evita milli jwieġeb b’mod ċar u dirett.
//= $special ?>

