Lokali

‘Perspettivi’ – Pjattaforma għall-artisti Maltin

L-uffiċċju tal-Kap tal-Partit Nazzjonalista fil-Parlament u dak fid-Dar Ċentrali jkomplu jservu bħala pjattaforma għall-artisti Maltin li jesebixxu x-xogħlijiet tagħhom fl-inizjattva ‘Perspettivi’.

Il-pitturi esebiti bħalissa huma tnejn tal-pittur Joseph Casapinta u tnejn tal-pittur Paul Cassar.

Il-pitturi ta’ Joseph Casapinta huma Għargħur Skyline u The Bridge waqt li dawk ta’ Paul Cassar huma My Native City Bormla u View From Xagħra Gozo.

F’mesaġġ waqt it-tnedija ta’ dawn il-pitturi, il-Kap tal-Oppożizzjoni Simon Busuttil tkellem dwar l-importanza li l-PN jagħti lill-kultura u lill-arti.

Hu qal li l-inizjattvia persepttiva qed toffri opportunità lill-artisti Maltin li jesebixxu xogħljiet esebiti f’postijiet fejn jattiraw attenzjoni.

Simon Busuttil qal li l-inizjattiva Perspettivi hi turija tal-appoġġ li l-PN se jibq’a ajgħti lill-artisti Maltin u lill-ispazju li dawn għandhom jkollhom fis-soċjetà Maltija.

Wara d-diskors tal-Kap tal-PN saret evalwazzjoni tal-pitturi esebizzjoni fejn l-artisi tkellmu dwar l-espressjonijiet artistiċi tagħhom. Għal din l-inizjattva attendew il-Kelliem tal-Oppożizzjoni għall-Kultura Karl Gouder u l-Whip tal-grupp Parlamentari Nazzjonalista David Agius. L-inizjattiva Perspettivi qed issir b’kollaborazzjoni u appoġġjata mill-AŻAD.