Fil-Ġappun kompliet it-tfittxija għal persuni li setgħu intradmu taħt it-tifrik ta’ bini mwaqqa’ wara t-terremot qawwi tal-Ħamis li laqat in-Nofsinar tal-pajjiż. Fl-aħħar sigħat, l-iskwadri għall-emerġenzi tellgħu tarbija ta’ tmien xhur li kienet għadha ħajja minn taħt it-tifrik u li ma dehritx midruba.
Madankollu, mietu talanqas għaxar persuni, b’mijiet jindarbu, fost il-kroll tal-bini waqt it-theżżiża li mmarkat 6.5 fuq l-Iskala Richter u li laqtet l-inħawi qrib il-belt ta’ Kumamoto, fuq il-Gżira ta’ Kyushu.