Għawdex Lokali

Il-Ministru Joe Mizzi ma jattendix Konferenza Nazzjonali dwar il-mina bejn Malta u Għawdex

Il-Ministru tat-Trasport u l-Infrastruttura Joe Mizzi m’attendiex Konferenza Nazzjonali dwar l-Aċċessibilità li dalgħodu kienet organizzata mill-Front Favur il-Mina u ċ-Circolo Gozitano. Dan minkejja stedina mill-istess Front biex jattendi.

Il-proġett ta’ mina bejn Malta u Għawdex jaqa’ direttament taħt ir-responsabbiltà ta’ Joe Mizzi. Madanakollu, dalgħodu ma tfaċċax għal din il-Konferenza Nazzjonali li ddiskutiet b’mod estensiv il-possibilità ta’ mina bejn Malta u Għawdex.

Għall-Konferenza Nazzjonali dwar l-Aċċessibilità minn u lejn Għawdex attenda l-Kap tal-Partit Nazzjonalista Simon Busuttil. Agħfas hawn għal dettalji ta’ x’ħareġ waqt din il-Konferenza Nazzjonali.