Laqgħa emozjonati s-Sibt filgħodu għall-Papa Franġisku fil-gżira Griega ta’ Lesbos, l-ewwel waqfa għall-mijiet ta’ eluf ta’immigranti li tul din l-aħħar sena żbarkaw fl-Ewropa.
Hawn hu għamel appell imqanqal lill-immigranti miġbura f’ċentru ta’ detenżjoni li ma kienux waħedhom hekk kif appella biex id-dinja turi aktar umanita.
Fi tmiem iż-żjara, il-Papa ħa lura miegħu lejn il-Vatikan tliet familji li ħarbu lejn il-Greċja – 12-il refuġjat Sirjan ta’ twemmin Musulman, fosthom sitt itfal.
Il-Papa jagħti kenn 12-il refuġjat Musulman
