Tittella’ l-Konferenza Nazzjonali ‘Insaħħu l-Aċċessibilità’
Waqt li kien qed jindirizza l-Konferenza Nazzjonali Insaħħu l-Aċċessibilità, l-Kap tal-Partit Nazzjonalista Simon Busuttil sostna li biex dan il-proġett isir realtà, jeħtieġ li jkun hemm il-kunsens, anke fid-dawl li l-proġett jaffettwa mhux biss lill-Gvern preżenti, imma anke lill-Gvern ta’ warajh. “Kull ħaġa li tnawwar il-kunsens favur tiegħu, toħloq ostaklu,” qal il-Kap tal-Partit Nazzjonalista.
Fi stqarrija il-Partit Nazzjonalista fakkar li l-Partit Nazzjonalista ma bediex jitkellem dwar dan il-proġett issa, iżda fl-2012, Chris Said – dakinhar Ministru – kien ħareġ bl-idea li dakinhar setgħet dehret ambizzjuża ħafna, iżda bdew l-istudji. Hu sostna li dak iż-żmien ma kienx hemm il-kunsens neċessarju, tant li malli nbidlet l-amministrazzjoni, l-istudju nbidel minn mina għal pont. “Intilfu tliet snin u erġajna lura għal dak li konna bdejna nagħmlu fl-2012,” qal Simon Busuttil.
Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista qal li l-proġett tal-aċċessibilità bejn Malta u Għawdex għandu jitqies bħala proġett nazzjonali. “Dan għandu jiġi ppreżentat bħala proġett li jaffettwa u hu ta’ interess mhux biss għall-Għawdxin, iżda għall-Maltin u l-Għawdxin kollha,” qal Simon Busuttil. Hu spjega li dan il-proġett hu wieħed bla preċedent, li hu l-ħolma ta’ ħafna nies, u li ħadd ma ħaseb li jista’ jsir.
Simon Busuttil qal ukoll li bħalissa, hekk kif għaddejjin mill-perjodu tal-istudju, għandu jiġi kkunsidrat bis-serjeta x’tip ta’ proġett għandu jsir. “Filwaqt li jidher li hemm konverġenza ċara fuq l-idea ta’ mina, għandu jiġi kkunsidrat x’tip ta’ proġett għandu jsir,” qal Simon Busuttil. Fost l-oħrajn, mistoqsijiet li qed isiru jinkludu jekk il-proġett għandux ikun limitat għal mina bejn l-Imġarr Għawdex u ċ-Ċirkewwa, jew inkella li l-proġett jgħaqqad il-Belt Valletta mar-Rabat, kif ukoll mal-Ajruport u l-Isptar.
Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista qal li, fost l-oħrajn, għandha ssir diskussjoni wkoll dwar jekk b’dan il-proġett, hix se tiġi esportata l-problema tat-traffiku lejn Għawdex.
Fl-aħħarnett, Simon Busuttil qal li l-Partit Nazzjonalista huwa favur mina bejn Malta u Għawdex, u lest li jagħti l-appoġġ tiegħu, u jpoġġi madwar mejda anke mal-Gvern biex jassigura li jkun hemm kunsens, biex meta jkun hemm bidla fil-Gvern, ma jerġax jieqaf kollox, iżda jkun hemm kontinwità.
Jitkellmu żgħażagħ li kellhom jitilqu mid-dar u jgħixu Malta
Fl-introduzzjoni ta’ din konferenza, tkellmu tliet żgħażagħ li bħalissa qed jistudjaw f’Malta u li għaldaqstant kellhom jitilqu mid-dar u jgħixu Malta.
It-tliet żagħżagħ tkellmu dwar l-għażliet li għandhom. Huma qalu li Għawdex diġa qed tinbidel għaliex iż-żagħżagħ qed jinżlu jistudjaw Malta, dan waqt li nofs il-popolazzjoni, kuljum qed titlaq minn Għawdex lejn Malta.
Indirizza l-konferenza wkoll il-Prim Ministru Joseph Muscat li qal li jaqbel ma’ dak li qal il-Kap tal-Partit Nazzjonalista li ssir diskussjoni dwar it- tip ta mina li għandha ssir, jekk hux rail, jekk hux għat-tnejn li huma jew jekk nidħlux għal proġett aktar wiesa. Il-Prim Ministru qal li f’każ li ssir il-mina, din bla ebda dubju se tfisser li min jagħmel użu minnha se jkollu jħallas.
Matul il-konferenza tkellmu diversi esperti, fosthom il-Professur Godfrey Baldacchino, soċjologu, tkellem dwar l-importanza ta’ konettivita bejn iż-żewġ gżejjer u dwar il-progress li din iġġib. Il-Ġeoloġista Dr Peter Gatt rrefera għat-tip ta’ blat li hemm bejn iż-żewġ gżejjer. Hu qal li dan il-blat għandu karatteristiċi differenti minn blat ieħor li jeżisti f’Malta. Rrefer wkoll għaċ-ċaqliet li jkun hemm fil-blat, ta’ madwar ħamsin metru, u li dan ifisser aktar spejjeż sabiex isir tip ta’ tubu taħt l-art. Tkellem ukoll l-inġinir Dr Simon Mizzi dwar l-ostakli li jistgħu jinstabu iżda wkoll dwar kif dawn l-ostakli jistgħu jingħelbu.
Ritratt : Prof. Godfrey Baldacchino
F’diskussjoni qasira li saret matul din il-konferenza, iċ-Ċermen tal-Gozo Channel Joe Cordina qal li fl-isfond ta’ din id-diskussjoni, ma rridux ninsew is-servizz bil-baħar li toffri l-gozo channel. Fakkar li fi 15-il sena oħra il-vapuri li għandna jridu jinbidlu, staqsa “min se jixtri dawn il-vapuri” dan għaliex hu qal li l-Gozo channel m’għandix il-finanzi neċessarji.
Michael Grech, rappreżentant tal-Gozo Business Chamber qal li l-maġġoranza tan-negozji f’Għawdex huma favur il-bini tal-mina waqt li Joe Sammut, ir-rapreżentant tal-Gozo Tourism Association qal li t-turiżmu f’Għawdex, għandu bżonn il-konnettivita’, qal li r-ristoranti se jkollom aktar klijenti waqt li s-sidien tal-akkomodazzjoni għandhom ħsibijiet differenti, min jippreferi li bil-mina, min jgħid li aħjar mingħajr il-mina.
Nies preżenti waqt il-konferenza kellhom l-opportunita’ li jitkellmu u jistaqsu u l-kummenti ffukaw fuq l-importanza li l-politiċi jieħdu ħsieb Għawdex u wara ħafna snin, tittieħed azzjoni.
Żagħżugħ li tkellem u li sosta li vasai fl-aħħar tal-istudji tiegħu fl-Universita’ ta’ Malta, qal li meta ddiskuta ma’ missieru dwar jekk jiġix jaħdem Għawdex jew jaħdem Malta, missieru, kontra qalbu tah parir biex jaħdem Malta għaliex huwa aħjar għall-karriera tiegħu.
Matul din il-konferenza li għaliha attendew diversi Għawdxin minn kull qasam tas-soċjeta’ spikka n-nuqqas tal-Ministru Joe Mizzi, il-ministru responsabbli minn dan il-proġett tant kbir waqt li spikka wkoll in-nuqqas tas-CEO ta’ Transport Malta, James Piscopo.
Minn naha tal-Partit Nazzjonalista għal din il-konferenza attendew ukoll ix-Shadow Minister għal Għawdex Chris Said, ix-Shadow Minister għat-Trasport Marthese Portelli, u d-deputati Ċensu Galea, Toni Bezzina u Frederick Azzopardi.
//= $special ?>