Lokali

Il-Protezzjoni Ċivili jikkontrollaw nirien fl-Imtarfa

Membri tal-Protezzjoni Ċivili kellhom jissejjħu fl-Imtarfa wara nirien li żviluppaw.

NETnews.com.mt jinsab infurmat li n-nirien żviluppaw fil-limiti ta’ bejn l-Imtarfa u r-Rabat. Mal-ewwel fuq il-post marru membri tal-Protezzjoni Ċivili u l-Pulizija sabiex jassiguraw li n-nirien jiġu kkontrollati u l-periklu ma jkompliex jikber għall-pubbliku.

L-aħħar rapporti jgħidu li fortunatament ħadd ma weġġa’ fl-inċident. Il-kawża tan-nirien s’issa għadha lanqas ma hi kkonfermata.

Aktar dettalji hekk kif jaslulna.