Lokali

Iż-żgħażagħ qed jitilqu minn Għawdex u jinżlu jgħixu Malta – il-Front Favur il-Mina

Għawdex diga qed jinbidel, għaliex iż-żagħżagħ qed jitilqu minn Għawdex u jinżlu jgħixu Malta. Kien dan wieħed mill-kummenti waqt il-konferenza li kienet organizzata mill-Front Favur il-Mina u ċ-Circolo Gozitano.

Net News tkellem ma wħud miż-żagħżagħ Għawdxin dwar id-diffikultajiet li jsibu biex jaqsmu lejn Malta.

Iżda jekk issir il-mina, Għawdex se tinbidel?

Matul il-konferenza tkellmu wkoll diversi esperti. Il-Ġeologista Dr Peter Gatt rrefera għal blat li hemm bejn Malta u Għawdex u qal li dan il-blat għandu karatteristiċi differenti minn blat ieħor li jeżisti f’Malta.

Iċ-Ċermen tal-Gozo Channel, Joe Cordina, fakkar li 15-il sena oħra jridu jinbidlu l-vapuri tal-kumpanija u staqsa min se jixtrihom, għaliex il-kumpanija mgħandix dawk il-flus.

Fil-konferenza spikka n-nuqqas tal-Ministru Joe Mizzi, il-Ministru Responsabbli minn dan il-proġett. Għall-konferenza attendew diversi deputati minn naħa tal-Oppożizzjoni.