“Huwa bi pjaċir kbir li nħabbru li l-Juventus Club DOC Vero Amore Malta ġie ppreżentat b’rikonoxximent prestiġġjuż bħala l-akbar klabb barrani għall-istaġun li għadda – 2014/15.
Il-President Joseph Fenech irringrazzja liċ-Centro Cordinamento ta’ Juventus FC għal dan l-unur prestiġġjuż u ddedikah lill-membri tal-Club u lil dawk kollha li jaħdmu kontinwament għall-ġid tal-istess organiżżazzjoni b’mod partikolari l-isponsors li mingħajr is-sostenn tagħhom, bosta attivitajiet ma jkunux possibbli.
Il-kumitat tal-Juventus Club DOC Vero Amore Malta jieħu l-opportunita’ sabiex jifraħ ukoll lill-Juventus Club Cuore Bianconero (Malta) talli laħaq l-istess tragward f’dan l-istaġun. Il-Juventus Club DOC Vero Amore Malta dan l-istaġun klassifika fit-tieni post fost il-clubs barranin kollha madwar id-dinja.”
//= $special ?>