The Times tiżvela li Pierre Sladden, li għandu rabtiet
It-Tax Compliance Unit mistennija tibda tinvestiga potenzjal ta’ evażjoni ta’ taxxa min-negozjant Malti Pierre Sladden. Dan ġie żvelat f’rapport fil-ġurnal Times of Malta.
Isem in-negozjant Pierre Sladden tfaċċa fid-dokumenti tal-Panama Papers, l-istess dokumenti li semmew lill-Ministru Konrad Mizzi ma’ 140 politiku ieħor minn madwar id-dinja li użaw il-Panama biex jaħbu jew jaħslu l-flus permezz ta’ kumpaniji sigrieti.
Izda filwaqt li skont The Times, il-Gvern ordna li ssir investigazzjoni dwar taxxa fuq in-negozjant Pierre Sladden, kemm Konrad Mizzi kif ukoll Keith Schembri ghadhom ma bdewx jigu investigati mill-Pulizija, minkejja diversi appelli biex isir dan u minkejja li gie zvelat li kien hemm l-awtorizazzjoni, jew il-‘go ahead’ biex jifthu kontijiet bankarji sigrieti fil-Panama.
Fl-aħħar jiem kien rappurtat li n-negozjant Pierre Sladden kien qed jagħmel arranġamenti biex jitrasferixxi mal-miljun dollaru f’kumpanija fil-British Virgin Islands. Pierre Sladden hu l-istess negozjant li għandu rabtiet fin-negozju maċ-Chief of Staff tal-Prim Ministru, Keith Schembri.
Filfatt, Pierre Sladden ghandu rwol u sehem f’minn tal-anqas żewg kumpaniji, li għandhom ukoll interess minn Keith Schembri.
Waħda minn dawn il-kumpaniji jisimha ‘Cinebiss Limited’. Pierre Sladden huwa direttur ta’ din il-kumpanija flimkien ma’ missier Kieth Schembri. Dan apparti li nofs ix-shares f’din il-kumpanija huma f’idejn Keith Schembri. In-nofs l-ieħor tax-shares huma f’idejn kumpanija oħra li s-sid tagħha hija l-familja ta’ Sladden.
Sladden huwa wkoll Direttur u Shareholder f’kumpanija li jisimha ‘Grigal Firms Limited’. ‘Kasco Holdings’ – kumpanija ta’ Keith Schembri, hija wkoll shareholder ta’ Grigal Firms Limited. F’Grigal Firms Limited hemm ukoll, bħala Direttur u Shareholder Phyliss Muscat, il-ħabiba tal-Prim Ministru.
//= $special ?>

