Lokali

Tmur l-għassa minn jedda wara inċident b’karozza

Mara li matul il-lejl kienet involuta f’inċident tat-traffiku marret l-għassa minn jedda biex tirrapporta dak li kien seħħ.

Fl-inċident, is-sewwieqa tilfet il-kontroll tal-vettura li kienet qed issuq, bil-konsegwenza li ħabtet ma’ ċint li jagħti għal fuq ħanut tax-xagħar f’Birkirkara.

B’konsegwenza tal-inċident, tfarrak parti miċ-ċint, kif ukoll inqala’ l-ħadid. Sid il-ħanut tax-xagħar, fuq Facebook, kiteb li fortunatament ħadd ma weġġa’ fl-inċident.