Żagħżugħ ta’ 24 sena jinsab fil-periklu tal-mewt wara li waqa’ waqt li kien qed jaħdem f’residenza.
L-inċident seħħ għall-ħabta tat-8.30 ta’ filgħodu fi Triq Castro, in-Naxxar.
Mill-investigazzjonijiet preliminari tal-Pulizija jirriżulta li r-raġel waqa f’residenza privata li tinsab taħt kostruzzjoni. Jidher li waqt li r-raġel kien qiegħed jaħdem bil-jigger fuq is-saqaf, dan sfronda bih. Il-ħaddiem filfatt instab mixħut fl-art mill-ħaddiema l-oħra.
Ir-raġel li hu mill-Mali, ittieħed l-Isptar Mater Dei permezz ta’ ambulanza għall-aktar kura medika. Hu ġie ċċertikat li qiegħed fil-periklu tal-mewt.
Bil-każ ġiet infurmata bil-Maġistrat tal-Għassa li ordnat Inkjesta Maġisterjali kif ukoll ħatret diversi esperti sabiex jassistuha.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.
//= $special ?>