Il-gazzetta The Sunday Times of Malta żvelat każ fejn allegatament uffiċjal fi ħdan il-Ministeru ta’ l-Edukazzjoni talab il-flus mingħand kuntrattur sabiex dan jitħallas il-flus li kienu dovuti lilu. Il-każ imur lura għas-sajf li għadda meta il-kuntrattur Giovanni Vella ta’ GV Gozo Developments ċempel lil uffiċjal għoli fi ħdan il-Ministeru ta’ l-Edukazzjoni u allega li ċertu Edward Caruana, li jgħati servizz ta’ konsulenza teknika lil Ministru Evarist Bartolo, kien talab ħlas minn taħt ta’ tlettin elf Ewro sabiex Vella jitħallas l-ammonti dovuta lilu mill-Ministeru b’rabta ma’ xogħol fuq estensjoni tas-sixth form f’Għawdex.
L-allegazzjoni kontra Caruana ġiet ripetuta f’laqgħa li saret fil-31 ta’ Awwissu 2015 u li għaliha kien preżenti l-Ministru Evarist Bartolo. Caruana ċaħad l-allegazzjoni u ressaq każ ta’ malafama kontra l-kuntrattur Għawdxi bil-pulizija tieħu passi kontra l-kuntrattur f’Jannar li għaddha.
Interessanti l-fatt li Caruana jiġi ħu s-Segretarju Permanenti fi ħdan l-istess Ministeru Joseph Caruana. Dan ta’ l-aħħar f’xhieda li ta fil-Qorti qal li hu ma’ ħassx li kien neċċessarju li ssir investigazzjoni kontra ħuħ ġa la darba dan ħa passi legali kontra l-kuntrattur Għawdxi. Mistoqsi dwar jekk il-pulizija kienux qegħdin jinvestigaw dan il-każ ta’ allegat tixħin ta’ uffiċjal pubbliku is-Segretarju Permamenti fi ħdan il-Ministeru ta’ Evarist Bartolo wieġeb biss li ma’ kienx jaf.
//= $special ?>