Lokali

Ħdax-il persuna arrestati b’rabta ma’ drogi

Drogi varji - ritratt mill-arkivji

Ħdax-il persuna spiċċaw arrestati wara ħidma minn membri tal-Iskwadra ta’ Kontra d-Droga fil-lejl ta’ bejn is-Sibt u l-Ħadd.

Fil-pussess tagħhom instabu sustanzi suspettati kokaina u raża tal-kannabis. L-eta’ ta’ dawk arrestati tvarja bejn is-16 u l-45 sena.

L-arresti saru mil-lokalitajiet ta’ San Ġiljan, Ħad-Dingli u Raħal Ġdid.

Il-persuni inżammu arrestati sabiex jgħinu lil Pulizija fl-investigazzjonijiet li għadhom għaddejjin.