Internazzjonali

Impenn għall-qerda totali tal-polio

’Il fuq minn 150 pajjiż bdew jaqilbu għal tilqima differenti għal kontra l-polio, b’dan qed jitqies bħala miżura ferm importanti lejn l-eliminazzjoni tal-marda.

It-tilqima ġdida hi intiża biex teqred l-aħħar elementi li fadal tal-virus bħala parti minn programm ta’ switchover li kien ilu ppjanat għal 18 il-xahar. Fl-2015 kien hemm 74 każ tal-polio ( marda li tħallik paralizzat) u din is-sena, feġġew biss għaxra.

Il-każi ġodda kollha nzertaw fil-Pakistan u l-Afganistan, meta l-Afrika ilha aktar minn sena ħielsa mill-polio.

Il-bidla fit-tilqima minn dik li ntużat b’suċċess għal kontra l-polio għal aktar minn 30 sena tinvolvi eżerċizzju kbir minn lat ta’ loġistika.