Ambjent Lokali

Issir il-fiera tal-frott u l-ħaxix f’tal-Maqluba fil-Qrendi

Il-ġranet tar-Rebbiegħa Maltija jipprovdu sfond mill-isbaħ għal attivitajiet fil-miftuħ bħal fiera tal-frott u l-ħaxix f’tal-Maqluba fil-Qrendi organizzata mill-Partit Nazzjonalista.

Kmieni waranfosinhar żar il-fiera il-Kap tal-PN Simon Busuttil fejn intlaqa’ mill-Kelliem għall-Agrikoltura u Sajd Toni Bezzina u dar id-diversi stands li kienu qed ibiegħu frott u ħaxix frisk.

Waqt il-fiera kien hemm ukoll spettaklu ta’ għana tradizzjonali kif ukoll attivitajiet ta’ divertiment għat-tfal.

Din il-fiera kienet ukoll opportunita’ biex il-Partit Nazzjonalista jkompli bi proċess biex joqrob dejjem iżjed lejn in-nies, itihom vuċi u jifhem il-problemi li għaddejjin minnhom.