Lokali

Jeħlisha ħafif wara li jaqa’ b’mutur

Sewwieq ta’ mutur ħelisha ħafif meta waqa b’mutur aktar kmieni.

L-inċident seħħ fi Triq il-Belt Valletta f’Ħ’Attard għall-ħabta tal-5.15 ta’ waranofsinhar meta għal xi raġuni, il-mutur skiddja bil-konsegwenza li ħabat ġos-‘central strip’.

Is-sewwieq hu ġuvni ta’ 22 sena minn Santa Venera u rrifjuta l-assistenza medika meta kien offrut. Għalkemm is-sewwieq ma ġarrabx ġrieħi, il-mutur kellu ħsarat estensivi kawża tal-inċident.