Waqt kommemoraqzzjoni li saret permezz ta’ mixja mill-Belt saċ-Ċimiterju tal-Addolorata ġiet mfakkra l-għarqa traġika tas-sena l-oħra li fiha mietu 850 persuna fl-ibħra Maltin meta fit-18 ta’ April 2015, dgħajsa li kienet telqet mil-Libja nqalbet f’baħar imqalleb.
In-nies li attendew kellhom fjuri u xemgħat biex juru sinjal ta’ rispett għal dawk li mietu f’din l-għarqa.
Madwar 24 katavru ttellgħu u nġiebu Malta. Dawn ma ġewx identifikati u ġew midfuna malajr f’qabar komuni u li fuqu m’hemm ebda sinjal.
//= $special ?>