Lokali

Anzjan iweġġa’ f’inċident tat-traffiku fil-Gudja

Anzjan ta’ 75 sena weġġa’f’inċident tat-traffiku li seħħ għall-ħabta tal-5:30pm. L-inċident seħħ fi Triq l-Avjazzjoni l-Gudja. Minn informazzjoni li għandna jirriżulta li l-inċident seħħ kawża ta’ impatt bejn karozza u rota li kienet qed tinstaq mill-anzjan li għandu 75 sena residenti Ħal Luqa. Il-karozza tat-tip Skoda kienet misjuqa minn raġel ta’ 50 sena residenti Santa Luċija.

Jirriżulta li l-anzjan weġġa’ gravi u anke jinsab fil-periklu tal-mewt.

Il-Pulizija għaddejja bl-investigazzjoni tagħha dwar l-inċident