Eks-Uffiċjal fil-Ministeru tas-Saħħa ma nstabx ħati ta’ tixħim f’sentenza li ngħatat mill-Qorti. Thomas Woods kien akkużat li meta kien jaħdem fil-Ministeru tas-Saħħa aċċetta li jixxaħħam biex joħorġu pensjonijiet tal-validità għal numru ta’ persuni.
Il-każ imur lura għall-2007, meta mara bl-isem Saverina Sinagra kienet tibgħat lin-nies il-Ministeru biex ikunu mgħejjuna jgħaddu bord mediku. Għal dan hi kienet tilob ħlas. Iżda mal-Pulizija, Sinagra qalet li l-flus kienet ittiehom lil Thomas Woods, u kien dan li wassal biex il-Pulizija fetħu proċeduri kriminali dwar tixħim fil-konfront ta’ Woods.
Fil-Ministeru tas-Saħħa Woods kien jieħu ħsieb, fost affarijiet oħra, l-ilmenti tan-nies. Kien jieħu ħsieb ukoll nies li riedu jgħaddu board, u kien jiggwidahom x’għandhom jagħmlu billi jgħinhom fid-dokumenti li riedu jimtlew.
Saverina Sinagra kienet tibgħat lin-nies biex jgħinhom, iżda Thomas Woods ċaħad li huwa kien jitlob li jingħata xi flus mingħand dawn il-persuni.
Iżda wara li evalwat l-elementi kollha li jikkostitwixxu r-reat ta’ tixħim, u wara li rat il-provi kollha, il-Qorti, preseduta mill-Maġistrat Claire Stafrace Zammit, iddikkajrat li Woods mhuwiex ħati u għaldaqstant illiberatu minn kull akkużi li ilu għaddej għal dawn l-aħħar snin.
//= $special ?>

