Raġel ittieħed l-Isptar Mater Dei għall-kura wara li sofra xi ġrieħi wara li qabad il-yacht lussuż ta’ 24 metru li kien fuqu fil-Kalkara.
L-inċident seħħ għall-ħabta tad-21.20 fil-marina, f’Xatt il-Kalkara, il-Kalkara.
Mill-ewwel informazzjoni li għandu dan is-sit jidher li l-yacht ħa in-nar waqt li kien mal-moll. Iżda għadha mhix magħrufa x’kienet ir-raġuni għaliex il-yacht ħa in-nar.
Ir-raġel li hu Taljan, sofra ġrieħi ta’ natura gravi kawża tan-nirien li ħakmu il-yacht.
Fuq il-post issejħet ukoll l-għajnuna tal-Membri tal-Protezzjoni Ċivili, li damu madwar siegħa biex tfew in-nirien li ħakmu il-yacht u saħansitra ntużat lanċa biex jintefa’ n-nar.
Għadda ftit tal-ħin u l-yacht reġa spiċċa f’ballun nar u għalhekk ittieħed lejn il-Kalkara u l-ħaddiema tat-tifi tan-nar damu sas-sagħtejn ta’ filgħodu biex tfew in-nar.
In-nar wassal għal daħna kbira u r-riħa ta’ ħruġ kienet tinxtamm minn diversi lokalitajiet madwar Malta.
//= $special ?>