Lokali

Mozzjoni ta’ sfiduċja kontra l-Ministru Konrad Mizzi mid-deputat Marlene Farrugia

Din hi l-mozzjoni ta’ sfiduċja li resqet Marlene Farrugia fil-konfront ta’ Konrad Mizzi

L-Onorevoli Marlene Farrugia tipproponi:

Illi l-Ministru Konrad Mizzi, b’ammissjoni tiegħu stess instab li għandu kumpanija fil-Panama.

Illi din il-kumpanija jidher illi nfetħet waqt li dan il-Ministru kien fil-poter.

Illi l-aġr tal-minsitru Konrad Mizzi huwa skorett u jqajjem dubbji serji ta’ karruzzjoni.

Illi bl-aġir tiegħu, il-Ministru Kondra Mizzi żeblaħ isem il-pajjiż, saħansitra bħala gurisdizzjoni rrispettak li tipprovdi servizzi Finanzjarji ta’ livell għoli.

Illi huwa fl-Interess Nazzjonali li kull Ministru jkun ta’ eżempju għall-poplu li jservi u jerfa’ responsabilta’ ta’ għemilu.

Għaldaqstant din il-kamra tirriżolvi li m’għandhiex fiduċja fil-Ministru Kondrad Mizzi.

Tirriżolvi li din id-deċiżjoni tkun komunikata lill-President ta’ Malta.