Internazzjonali

Splużjoni f’Ġerusalemm

Tal-anqas 15-il persuna ndarbu wara splużjoni fuq xarabank vojt f’Ġerusalemm. In-nies midruba, fosthom tnejn b’mod kritiku, kienu abbord karrozza tal-linja oħra li kienet qed tivjaġġa ma’ ġenb dik li fiha seħħet l-isplużjoni.
L-isplużjoni seħħet fl-inħawi ta’ Derech Hebron fil-Lbiċ ta’ Ġerusalemm.
Is-suspettit al-awtortiajiet Iżraeljani huma li dan twettaq minn terroristi. Mal-isplużjoni, ix-xarabank splodiet f’vampa nar.