Rapporti qed jindikaw li mijiet ta’ immigranti għerqu fil-Mediterran.
Dawn l-immigranti, fil-maġġoranza mill-Etjopja u s-Somalja, kienu qed jivjaġġaw fuq erba’ laneċ li bdew il-vjaġġ lejn l-Italja mill-Eġittu.
L-indikazzjonijiet huma li tal-anqas 400 persuna tilfu ħajjiethom b’madwar 30 li kienu salvati.
Sadattant skont il- SOS Mediterranee instabu sitt katavri u 108 immigrant salvat minn dinghy li kien qed ibaħħar barra l-kosta Libjana. Id-dinghy kien nofsu mniżżel, bil-makna ma taħdimx u l-ilma dieħel fiha. Dawn ittieħdu lejn il-gżira Taljana ta’ Lampedusa.
Skont il- SOS Mediterranee dawk salvati kienu minn pajjiżi Afrikani bħall-Gambia, il- Guinea Bissau, in-Niġerja u l-Etjopja.
Eżatt bħal dan iż-żmien sena, 800 immigrant mietu meta l-lanċa tagħhom għerqet waqt vjaġġ li beda mil-Libja.
//= $special ?>