Uffiċjali Ġappuniżi wissew lil 250,000 persuna biex jevakwaw djarhom hekk kif hemm tħassib li se jkun hemm aktar theżżiż qawwi tal-art.
Dan wara li fi tmiem il-ġimgħa l-gżira ta’ Kyushu fil-Lbiċ tal-pajjiż inħakmet minn żewġ terremoti qawwija li kkawżaw il-mewt ta’ madwar 42 persuna u l-feriment ta’ 1,000 oħra. Dan apparti ħsara strutturali kbira.
Imma dawk li salvaw qed jilmentaw dwar il-ftit għajnuna li qed jingħataw partikularment f’dak li hu ikel u ilma. Dan apparti li m’hemmx provvista tal-elettriku
Is-Sibt kien hemm terremot li kellu l-qawwa ta’ 7.3 fuq l-Iskala Richter qrib il-belt ta’ Kumamoto. Dan wara li fl-istess zona l-Ħamis kien hemm terremot tal-qawwa ta’ 6.4 fuq l-Iskala Richter.
Twissija ta’ aktar theżżiż fil-Ġappun
