Kmieni dalgħodu seħħ inċident tat-traffiku fi Triq Durumblat il-Mosta, fil-limiti ta’ Ta’ Qali. Fl-inċident kienu involuti karozza u vann, li mal-impatt inqaleb.
Fil-post waslu mal-ewwel il-Pulizija biex jagħtu l-assistenza meħtieġa.
Kawża tal-inċident inħġabar ammont kbir ta’ traffiku fl-inħawi.
//= $special ?>

