Futbol Sport

Idea fi Spanja tajba għal futbol Malti ?

Idea fi Spanja tista’ sservi ta’ rivoluzzjoni fid-dinja tal-futbol hekk la Liga qed taħseb li timmulta l-klabbs li ma jimlewx l-istadiums tagħhom. Skont is-sit ‘futbolfinanzas.com’ teżisti l-possibiltà, li l-klabbs jirċievu multa jekk ma jkollhomx medja ta’ 75% tal-ispettaturi fil-grawnd fi staġun. Il-multa tirdoppja jekk it-timijiet rispettivi ma jkollhomx tal-anqas 50% tal-ispettaturi. Il-multa ssir fi tmiem l-istaġun u tista’ tħalli effett fuq il-kampjanja akkwisti tat-timijiet involuti.

Dan qed isir biex il-klabbs jieħdu ħsieb aktar il-partitarji tagħhom filwaqt li jieħdu inizjattivi ġodda biex iressqu aktar nies fil-grawnd. Wieħed jista’ jaqbel u ma jaqbilx iżda l-idea żgur hi biex ikun hemm aktar nies jattendu l-partiti tal-kampjonat Spanjol.

Din hi inizjattiva waħda b’għan tajjeb. F’Malta tista’ ssir xi ħaġa simili ?