Internazzjonali

L-ISIS jippjanaw massakri f’bajjiet Ewropej matul is-sajf

Il-grupp terroristiku ISIS qed iħejji sensiela ta’ attakki terroristiċi f’bajjiet madwar l-Ewropa matul is-sajf li ġej. Dan joħroġ minn twissija tal-awtoritajiet tas-sigurta’ fl-Italja.

L-informazzjoni tindika li t-terroristi qed jippjanaw li jinħbew bħala bejjiegħa ta’ xorb, ġelati, T-shirts jew oġġetti oħra fuq il-bajja, sakemm jisplodu lilhom infushom f’attakki koordinati li jinvolvu wkoll splussiv moħbi taħt id-deckchairs.

Fost il-bajjiet fil-mira tal-ISIS hemm dawk fl-Italja, Spanja u Franza.