Għaddiet kważi ġimgħa minn mindu poġġejna serje ta’ domandi lill-Kummissarju tal-Pulizija Michael Cassar dwar l-iskandlu internazzjonali Panama Papers, iżda sal-lum dawn id-domandi ta’ NETnews baqgħu injorati.
Filwaqt illi f’diversi pajjiżi twettqu raids mill-Pulizija fl-uffiċji ta’ dawk il-kumpaniji li ssemmew f’dan l-iskandlu, f’pajjiżna l-Korp tal-Pulizija għadhom m’għamlu xejn.
Dawn kienu l-mistoqsijiet li bagħtna b’email lill-Kummissarju Michael Cassar:
⚫ Il-Korp beda xi forma ta’ investigazzjoni dwar il-fatti kollha li johorgu mill-Panama Papers u li fihom tissemma’ Malta?
⚫ Jekk iva, meta bdiet din l-investigazzjoni?
⚫ Wettaqtu tfittxijiet fl-ufficcji ta’ Nexia BT?
⚫ Investigajtu il-files kollha fl-Ufficcju tal-Ministru Konrad Mizzi?
⚫ Investigajtu il-files kollha fl-Ufficcju taċ-Chief of Staff fl-OPM Keith Schembri?
⚫ Intlabtu informazzjoni minn istituzzjonijiet barranin bhall-Interpol jew il-Kummissjoni Ewropea?
Dawn id-domandi importanti baqgħu mhux imwieġba. Irċivejna biss il-konferma li l-email wasal id-Depot.
//= $special ?>

