Żvediż ta’ 22 sena sofra feriti gravi u jinsab fil-periklu tal-mewt wara li kmieni dalgħodu ittajjar minn karozza.
L-inċident seħħ f’Paceville fil-5:30am, fi Triq Santu Wistin li twassal lejn il-bajja ta’ San Ġorġ.
Ir-raġel intlaqat minn vettura tal-għamla Saab, misjuqa minn raġel ta’ 31 sena mill-Ikln.
Il-vittma, li x’aktar huwa barrani, ittieħed mill-post b’ambulanza u jinsab f’qagħda kritika.
Il-Pulizija mill-għassa ta’ San Ġiljan qed tinvestiga.
//= $special ?>

