Tabib fl-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex ingħata l-liberta’ proviżorja wara li kien akkużat b’serq ta’ mediċina “painkiller” li normalment tintuża għal nisa tqal waqt il-ħlas. It-Tabib, li hu barrani u li ilu jipprattika f’Malta għal dawn l-aħħar disa’ snin, tressaq quddiem il-Qorti ta’ Għawdex ippreseduta mill-Maġistrat Joanne Vella Cuschieri akkużat b’serq u pussess ta’ droga mediċinali kontrollata mingħajr permess u mingħajr evidenza li hi għall-użu personali. L-Akkużat wieġeb mhux ħati.
L-ispettur Edel Mary Camilleri, li ressaq l-akkużat, spjega li t-tabib instab b’diversi kaxxi ta’ Pethidine li kienu mmarkati bħala propjeta’ tar-Repubblika ta’ Malta. L-Ispettur kompla li t-tabib naqqs milli jagħti spjegazzjoni sodisfaċenti dwar kif dawn il-mediċini kienu fil-pussess tiegħu.
L-Akkużat ingħata l-liberta’ proviżorja fuq depożitu ta’ €1,000 u garanzija personali ta’ €5,000. L-Avukat Lucio Sciriha qed jidher għall-akkużat.
//= $special ?>

