Hekk kif toqrob id-data tal-Eurovision, hemm ftit tħassib għall-wirja tal-kantant Ivan mill-Belarussja. Dan peress li hu mhux biss irid ikanta fuq il-palk f’Stokkolma f’Mejju b’lupu ma’ ġenbu imma jrid li jkun totalment għarwien.
Proposta li qanqlet polemika kemm għaliex ir-regoli tal-Eurovision jipprojbixxu wirjiet b’annimali, imma anki għaliex milli jidher li fir-reġoli m’hemm xejn dwar wirjiet minn kantanti għarwenin u b’uffiċjali tal-Eurovision xejn m’huma kuntenti b’din il-possibbilta.
//= $special ?>