Il-mistoqsijiet dwar l-iskandlu tal-Panama jkomplu jiżdiedu. Fost dawn il-mistoqsijiet: għaliex il-Prim Ministru Joseph Muscat kien qal li Konrad Mizzi fetaħ il-kumpanija sigrieta fil-Panama għall-assi tal-familja meta rriżulta mod ieħor; x’jisimha l-kumpanija li qed tagħmel l-‘audit’ dwar Konrad Mizzi u għaliex il-Prim Ministru għadu qed jipposponi milli jieħu deċiżjoni dwar Konrad Mizzi u Keith Schembri.
Iżda ffaċċjat bil-kameras ta’ NETnews.com.mt, Joseph Muscat irrifjuta li jwieġeb kull mistoqsija li saritlu.
//= $special ?>


