L-Istat Amerikan ta’ Utah ħa l-pass bla preċedent f’pajjiż tal-Punent biex iddikjara l-pornografija bħala “riskju għas-saħħa pubblika”. Il-Gvernatur ta’ dan l-istat Amerikan qal li ttieħed dan il-pass biex jipproteġi l-familji u ż-żgħażagħ.
Il-pass iżda ma jipprojbixxix il-pornografija, iżda jsejjaħ għal sforzi akbar biex ikun evitat li ż-żgħażagħ jiġu esposti għall-pornografija u għajnuna għal min ikollu bżonn.
Fl-abbozz li tressaq intqal li permezz tal-pornografija, qed tinħoloq atmosfera “tossika” għaż-żgħażagħ u bis-sess tingħata impressjoni ħażina f’għajnejn iż-żgħażagħ.
L-abbozz kien iffirmat f’liġi mill-Gvernatur ta’ Utah qal li l-volum ta’ pornografija li hemm idur mas-saqajn kienet tal-blieh.
Studju li kien sar fl-2009 mill-Harvard Business School kien sab li l-Istat ta’ Utah kien dak bl-akbar ammont ta’ nies fl-Istati Uniti miktuba f’siti pornografiċi fuq l-Internet.
F’Utah, il-pornografija dikjarat ħażin għas-saħħa pubblika
