Żewġ xuffiera li kienu impjegati mill-Parlament Ewropew għat-trasport tal-Membri Parlamentari fi Brussel qed ikunu investigati mill-Pulizija wara li nstabu fil-pussess ta’ propoganda tal-ISIS.
Iż-żewġ xufiera kienu jaħdmu kemm fi Brussell kif ukoll fi Strasbourg fi Franza u fejn ikun hemm seduti tal-Parlament Ewropew.
Skont rapport fir-rivista Ġermaniża ‘Der Spiegel’, il-materjal ta’ propoganda kien miżmum fuq CD disks. Bħala konsegwenza ta’ dan l-iżvilupp, intqal li l-Parlament Ewropew mhux se jkompli juża kumpaniji privati għat-trasport, imma minflok jibda jimpjega direttament hu xufiera għall-qadi tat-trasport tal-Membri Parlamnetari Ewropej, deċiżjoni li hu stmat se jibda jiswa lill-Parlament Ewropew tliet miljun ewro kull sena.