Lokali

Jaqa’ parti mis-saqaf tal-mina fi Triq Reġjonali

Ritratti : Martin Agius

Matul il-lejla li għada waqa’ parti mis-saqaf tal-mina fi Triq Reġjonali, direzzjoni lejn San Ġiljan.

Iż-żewġ mini, li minnhom jgħaddi ħafna traffiku ta’ kulljum, inbnew fil-bidu tas-sebgħinijiet.

L-inċident jirriżulta li seħħ għall-ħabta tas-2.00 ta’ filgħodu.

Ħadd ma weġġa’ f’dan l-inċident u l-parti li waqgħet ma laqtet ebda karozza.

Għal xi ħin it-triq ngħalqet, iżda reġgħet nfetħet għat-traffiku aktar tard.

mina regjonali saqaf 2