Kumpanija tal-kostruzzjoni minn Liechtenstein kienet ordnata tħallas €13,800 lill-kumpanija Maltija fuq kwistjoni legali li kienet ilha għaddejja 14-il sena dwar difetti strutturali f’villa fil-Kappara. Il-każ imur lura għall-1991 meta Simonoff Holdings ikkummissjonat lill-kumpanija Mangion, Mangion & Partners biex jissorrveljaw xogħol fil-propjetà.
Wara li tlestew ix-xogħol fl-1994, beda dieħel l-ilma mis-saqaf u rriżultaw numru ta’ konsenturi f’partijiet mill-bini.
Dan filwaqt li l-ħitan bdew jimtlew bil-moffa. Sinonoff Holdings irrifjutaw li jħallsu €19,000 lill-kumpanija Maltija sakemm fl-2002 Mangion, Mangion & Partners fetħu kawża kontra Simonoff Holdings.
L-Imħallef Anna Felica kkonkludiet li Simonoff Holdings ma kinux fittxew legalment lil Mangion Mangion & Partners fit-terminu ta’ ħames snin stupulat bil-liġi u għalhekk ma jistgħux jittieħdu passi skont il-liġi. Il-Qorti ordnat lil Simonoff Holdings jħallas il-kont ppreżentat mill-kumpnaija Maltija iżda minnu jnaqqas diversi spejjeż.
//= $special ?>