Lokali

Numru ta’ inċidenti fi ftit ħin fil-limiti ta’ San Pawl il-Baħar

Lejla impenjattiva għall-Pulizija mid-Distrett ta’ San Pawl il-Baħar u għall-paramediċi tal-Isptar Mater Dei, hekk kif illejla seħħew numru ta’ inċidenti separati fi ftit ħin f’din iż-żona.

Mill-ewwel informazzjoni li kiseb NETnews.com.mt jirriżulta li hemm żewġ persuni feruti f’żewġ inċidenti separati, wieħed viċin ir-roundabout tal-Erba’ Mwieżeb u ieħr fi Triq San Pawl il-Baħar.

Min-naħa l-oħra, f’inċident li seħħ viċin il-Ġnien Olimpiku ma jidhirx li hemm feruti.

Fl-ewwel inċident li seħħ, raġel ittieħed l-Isptar Mater Dei għall-kura.

L-inċident seħħ għall-ħabta tas-18.45 fi Triq San Pawl, f’San Pawl il-Baħar.

Mill-ewwel informazzjoni li għandu dan is-sit jidher li Waqt li r-raġel kien miexi fuq il-bankina, għal xi raġuni niżel taħt il-bankina, bil-konsegwenza li ntlaqt minn-karozza tal-linja.

Ix-xufiera tal-karozza tal-linja li hi ta’ nazzjonalita’ Spanjola għandha 32 sena, u residenti l-Mellieħa, filwaqt li r-raġel, għandu 34 sena mill-Għana.

Għadha mhix magħrufa il-kundizzjoni tar-raġel għalhemm dan ittieħed l-Isptar Mater Dei għall-aktar osservazzjoni

It-tieni inċident seħħ għall-ħabta tas-19.00 fi Triq l-Erba’ Mwieżeb. L-inċident seħħ bejn karozza tal-linja misjuqa minn raġel ta’ 23 sena residenti l-Mosta, u karozza tat-tip Peugeot misjuqa minn mara ta’ 48 sena resident San Pawl il-Baħar.

Ix-xufier tal-karozza ttieħdet l-Isptar Mater Dei għall-kura.

Għadha mhux magħrufa l-kundizzjoni tal-mara, iżda persuni li kienu fuq il-post u tkellmu ma dan is-sit qalulna li jidher li l-mara sofriet xi ġrieħi ħfief.

Min-naħa l-oħra, f’inċident li seħħ viċin il-Ġnien Olimpiku ma jidhirx li hemm feruti.

Aktar dettalji kif jaslulna …