Internazzjonali

Rebħ għal Trump u Clinton f’New York

United States presidential election, 2016

Donald Trump fuq in-naħa Repubblikana u Hillary Clinton fuq in-naħa Demokratika rebħu l-elezzjonijiet interni tal-partit li saru fi New York – post fejn it-tnejn għandhom għeruq sodi.
Din kienet ir-rebħa li ż-żewġ kandidati kienu qed jittamaw li jiksbu biex issaħħu ċ-ċans tagħhom li jikkontestaw l-elezzjoni Presidenzjali.
F’dawn l-elezzjonijiet interni, il-kandidati qed jippruvaw jirbħu d-delegati meħtieġa f’Lulju, fejn issir il-laqgħa nazzjonali tal-partit, ikollhom il-maġġoranza tad-delegati biex jivvutawlhom biex ikunu huma li jirrappreżentaw il-partit fl-elezzjoni Presidenzjali li ssir f’Novembru biex jinstab is-suċċessur ta’ Barack Obama.
Issa għajnejn il-kandidati huma fuq l-Istat ta’ Pennsylvania, l-aktar stat importanti minn ħamsa fejn se jsiru l-elezzjonijiet interni fis-26 ta’ April biex imbagħad wara, fit-3 ta’ Mejju, ikun hemm l-elezzjoni fl-Istat ta’ Indiana.