Id-Departiment tal-Ġustizzja Amerikan fetaħ investigazzjoni kriminali b’rabta ma’ dak li qed jinkixef fil-Panama Papers – aktar minn 11-il miljun dokument mill-kumpanija legali Mossack Fonseca bażata fil-Panama.
Preet Bharara, responsabbli għall-investigazzjoni f’Manhattan, issa kiteb lill-International Consortium of Investigative Journalists (ICIJ), li qed tikkordina l-ħruġ tal-informazzjoni ta’ dak li hemm fil-Panama Papers, biex titlob għal aktar informazzjoni biex tgħin fl-investigazzjoni kriminali.
L-inkjesta nfetħet wara li l-President Barack Obama ddeskriva dak li qed jinkixef fil-Panama Papers bħala “importanti” u l-evażjoni tat-taxxa madwar id-dinja bħala “problema kbira”.
L-investigaturi Amerikani għalissa qed iżommu fommhom magħluq ħafna rigward id-direzzjoni tal-investigazzjoni, imma l-indikazzjonijiet huma li din hi marbuta ma’ evażjoni tat-taxxa.
//= $special ?>